Lokali

Arrestati b’rabta ma’ vandaliżmu ta’ karozzi

Żewġt irġiel Irlandiżi dalgħodu ġew arrestati wara li allegatament ikkawżaw ħsarat f’diversi vetturi fi Triq is-Swieqi u Triq is-Sidra fis-Swieqi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Intant, sorsi li tkellmu magħna qalulna li dawn iż-żewġt irġiel iktar kmieni fil-lejl li għadda kienu nvoluti fi ġlieda fi stabbiliment Paceville, ġlieda li saħansitra waslet biex wieħed minnhom ifittex il-kura medika.

Dan l-inċident jixbaħ lill-serje ta’ attakki vandali li saru fix-xhur li għaddew f’Pembroke, hekk kif f’lejl wieħed f’Novembru saħansitra ġew ivvandalizzati mat-23 karozza f’daqqa.

Aktar dettalji dwar dawn l-inċidenti hawnhekk.