Futbol Sport

Ched Evans: Replay illejla jiddiskuti l-kontroversja

Wara l-kontroversja li nqalgħet fl-aħħar sigħat b’rabta mal-allegata offerta li Hibernians għamlu lill-attakkant minn Wales Ched Evans, li fl-2012 instab ħati ta’ stupru, il-programm sportiv Net Television ta’ Replay se jkun qed jiddiskuti dan il-każ. Il-programm jibda fl-21:40.

Minbarra l-opinjonisti ta’ Replay, Konrad Sultana u l-avukat Matthew Paris, mistiedna speċjali wkoll l-avukat Roberta Lepre’, Direttur tal-Victim Support Group Malta, grupp li fost l-oħrajn jaħdem mal-vittmi ta’ stupru.

Roberta Lepre'

Preżenti wkoll mistiedna oħra fosthom it-Team Manager ta’ Valletta Jerry Ellul li pubblikament fuq Facebook qabel li Hibernians għandhom kull dritt jagħtu kuntratt lil plejer bħal Ched Evans.

Gerard Ellul

Dwar dan il-każ jitkellem wkoll is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Bjorn Vassallo. L-Assoċjazzjoni maltija tal-Futbol, l-MFA, għandha dritt jew saħħa li twaqqaf trasferiment bħal ta’ Ched Evans?

Bjorn Vassallo

Minn naħa l-oħra l-goalkeeper ta’ Birkirkara u tat-tim nazzjonali Malti Justin Haber, li lagħab għal Sheffield United flimkien ma’ Ched Evans, jitkellem dwar il-karattru ta’ dan il-plejer.

Justin Haber

Replay illejla se jiddiskuti wkoll is-suq tat-trasferimenti lokali, li f’Malta jiftaħ għada, b’ġabra ta’ aħbarijiet li kienu żvelati mill-paġna Replay (Net Television), bil-parteċipazzjoni wkoll tal-President ta’ Pieta Hotspurs Joe Sammut.