Lokali

“Għarab mhux skrutinati mad-dħul tagħhom f’Malta”

Illum fil-gazzetta l-mument kien ippublikat artiklu dwar tħassib serju rigward il-preżenza ta’ Għarab fl-Ambaxxata Libjana f’Ħal Balzan hekk kif dawn mhux qed ikunu skrutinati hekk kif jidħlu Malta.

Ir-rapport jgħid li l-Forzi Arnati u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qegħdin fuq allert massimu anke minħabba l-fatt li fl-Ambaxxata Libjana f’Ħal Balzan deħlin nies li mhux neċessarjament huma Libjani imma qed ikunu deskritti bħala Għarab ta’ qattagħni.

L-artiklu tal-mument itemm jgħid li hemm biża’ li l-Libja tinqasam fi tnejn, jekk mhux f’aktar partijiet, u dan qed iħasseb serjament lill-Maltin li għadhom fil-Libja. Skont il-mument aktar ħaddiema Maltin qed jikkunsidraw serjament li jsibu mezzi biex joħorġu mil-Libja, u dan hekk kif il-Gvern Malti reġa’ fetaħ il-Crises Response Unit wara li fil-Libja baqa’ ma kinitx miftuħa r-rappreżentanza diplomatika Maltija.

Fid-dawl ta’ dan kollu l-mument rrapurtat wkoll li l-laqgħat fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin dwar il-kriżi Libjana saru aktar spissi.