Lokali

Ġrieħi gravi wara li ġie attakkat minn raġel Finlandiż

Raġel Finlandiż kien arrestat kmieni dalgħodu, wara li allegatament attakka raġel minn Ħaż-Żabbar.

L-inċident seħħ f’San Ġiljan meta r-raġel ta’ 33 sena, residenti f’Ħaż-Żabbar, lemaħ raġel suspettuż viċin il-vettura tiegħu, li kienet ipparkjata fi Triq Ball.

Malli l-Malti resaq lejn ir-raġel Finlandiż, dan allegatament dar lejh u tah daqqa b’oġġett mhux magħruf.

Fil-post issejjħet ambulanza, li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei, fejn ġie iċċertifikat li qed ibati minn ġrieħi ta’ natura gravi.