Internazzjonali

Il-Papa jaħtar il-Kardinali ġodda

Il-Papa Franġisku ħatar 20 kardinali ġodda, li jinkludu uffiċjali tal-Knisja minn pajjiżi Afrikani bħat-Tonga u l-Etjopja, minbarra Myanmar, li jinsab fil-kontinent tal-Asja.

Ħmistax minn dawn il-kardinali – li se jingħataw il-ħatra formalment fl-14 ta’ Frar – huma taħt it-80 sena, li jfisser li huma eliġibbli biex jieħdu sehem fil-konklavi li teleġġi lis-suċċessur tal-Papa.

Intant, il-Papa Fran;isku qal li l-għażla tal-Kardinali minn 14 il-pajjiż u li jirrappreżentaw il-kontinenti kollha turi ‘r-rabta inseparabbli’ tal-Vatikan mal-Knejjes Kattoliċi madwar id-dinja.