Lokali

Ir-rappreżentanti tal-industrija b’reazzjonijiet dwar il-prezzijiet tal-fjuwil f’Malta

F’pajjiżna qegħdin jitħallsu fost l-ogħla prezzijiet għall-fjuwil meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra, b’konsegwenzi negattivi fuq l-operat u l-kompetittività tal-industrija u n-negozji fost oħrajn.

Fil-mument ġew ippublikati r-reazzjonijiet ta’ rappreżentanti tal-industrija dwar l-isfidi li għandha l-ekonomija lokali minħabba l-prezz tal-fuel f’pajjiżna.

Il-Kamra tal-Kummerċ issostni li l-prezzijiet ta’ fuel li ma jirriflettux il-prezz internazzjonali attwali taż-żejt ikollhom effett negattiv fuq kull qasam tan-negozju, iżda l-iżjed fuq dawk l-oqsma bħalma huma l-importazzjoni u l-esportazzjoni, t-trasport u distributuzzjoni. Dawn il-prezzijiet ikollhom ukoll effetti indiretti fuq il-kompetittività tal-pajjiż hekk kif dawn itellgħu l-għoli tal-ħajja.”

Min-naħa tagħha l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem tgħid li l-hedging għall-fuel kif sar qiegħed ixekkel lill-gvern li jikkalibra il-prezzijiet tal-enerġija b’ mod li jirrifletti il-prezzijiet internazzjonali. Ir-riskju tal-hedging dejjem hu li filwaqt li joffri element ta’ stabbilità, din tista’ tkun f’livell ogħla mill-prezzijiet kurrenti tas-suq. Kif qed jiġri f’Malta bħalissa.”

Min-naħa taghha l-Union Ħaddiema Magħqudin, il-UĦM, qalet li se tkun qed ssegwi l-ħidma tal-Kumitat tal-hedging u tawgura li mal-hedging li jmiss s-sitwazzjoni tiġi regolata fejn il-prezzijiet ikunu jirriflettu dawk internazzjonali.