Dalgħodu saret il-Cavalcata dei Re Magi, li tinvolvi rikostruzzjoni tal-ġrajja tal-Milied, bil-wasla tal-maġi fil-Pjazza tax-Xagħra, fl-okkażjoni tal-Epifanija.
L-attivita’ tittella’ mill-Għaqda Milied fix-Xagħra, bil-kollaborazzjoni tax-Xagħra Historical Re-Enactment Group.
Matul ir-rikostruzzjoni, il-pubbliku seta’ jara lil familja mqaddsa tasal fuq ħmara, bir-rgħajja joffru r-rigali tagħhom lil Bambin Ġesu’.
Finalment waslu wkoll il-maġi fuq żwiemel fil-pjazza, fejn offrew ir-rigali lit-tarbija.
//= $special ?>