Lokali

Jittajjar żiemel f’inċident tat-traffiku

Ftit tal-ħin ilu seħħ inċident fi Triq Ħ’Attard, direzzjoni minn Ħ’Attard għal Ħaż-Żebbuġ. Inċident li wassal biex żiemel, għal xi raġuni, ħabat ma’ vettura u miet mad-daqqa.

Kollox beda hekk kif fl-3.45pm iż-żiemel ħarab minn Ħ’Attard, direzzjoni lejn ir-Rabat. Iktar tard biddel id-direzzjoni tiegħu, u beda jiġri lejn Ħaż-Żebbuġ, fejn imbagħad seħħ l-inċident.

Issuq il-karozza kien hemm mara ta’ 27 sena, li fortunatament ma weġġgħetx waqt l-inċident, għalkemm qed tbati minn xokk qawwi. Hi ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura u l-osservazzjoni.

Persuni li ċemplulna mill-post iddeskrivew ix-xena bħala waħda grafika, kif jixhdu wkoll ir-ritratti mehmuża.

Intant, proprju lbieraħ, żiemel li kien abbandunat f’għalqa bi ġrieħi serji kien salvat.