Futbol Sport

“Lil Ched Evans assolutament intih ċans jerġa’ jilgħab” – Justin Haber, li lagħab ma’ Evans għal Sheffield United

“Kieku jien lil Ched Evans assolutament intih ċans ieħor.” Kien b’dawn il-kliem li l-goalkeeper ta’ Birkirkara u tat-tim nazzjonali Malti Justin Haber tkellem dwar il-kwistjoni tal-attakkant Ched Evans, il-plejer minn Wales li qatta’ sentejn u nofs ħabs wara li nstab ħati ta’ stupru u li allegatament kien offrut kuntratt minn Hibernians f’Malta.

F’intervista li se tixxandar illejla waqt il-programm sportiv ta’ Net Television, Justin Haber, li kien diġa’ jilgħab ma’ Sheffield United meta’ dawn akkwistaw lil Ched Evans, jitkellem dwar dan l-ikbar akkwist ta’ Sheffield f’dak l-istaġun, il-karattru tiegħu u l-ħajja ta’ plejer li jkun għadda minn kontroversja bħal din.

Justin Haber fost l-oħrajn jgħid li ma kienx jaf lil Ched Evans fil-ħajja personali tiegħu, imma kien jittrenja miegħu mill-qrib. “Niftakar li kien plejer promittenti ħafna, kellu karriera sabiħa u kien iqatta’ xi ħin jixxuttjali fi tmiem is-sessjonijiet ta’ taħriġ bħala prattika,” jgħid Haber fl-intervista.

L-intervista sħiħa tal-goalkeeper Justin Haber dwar Ched Evans tixxandar illejla waqt Replay, li jibda fid-21:40 fuq Net Television.

Il-kwistjoni ta’ Ched Evans se tkun diskussa wkoll waqt il-programm Newsfeed ta’ nhar it-Tnejn li jixxandar fis-19:00 ta’ filgħaxija.