Wara l-waqfa għal żmien il-Milied u l-ewwel tas-sena, għada fil-5pm jirritorna Newsdesk fuq Radio 101 immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia.
L-ewwel mistieden għas-sena 2015 huwa d-deputat tal-Partit Nazzjonalista u l-kelliem għas-Saħħa, Claudio Grech.
Filfatt, għada se jiġu diskussi diversi temi relatati mas-saħħa bħal waiting lists u l-mediċini out-of-stock fost oħrajn.
Se nitkellmu wkoll dwar il-prezzijiet tal-Fuel f’pajjiżna. Dan għaliex il-prezzijiet tal-fuel f’pajjiżna baqgħu mal-ogħla fl-Ewropa.
Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew tibgħat e-mail fuq studio@radio101.com.mt.
//= $special ?>