Vapur tal-merkanzija spiċċa inkalja fil-kosta tar-Renju Unit.
Il-każ seħħ ftit ‘il barra mill-kosta tal-Isle of Wight, bil-vapur, “Hoegh Osaka”, iħalli l-port ta’ Southampton fit-8.21pm, fi triqtu lejn il-port ta’ Bremerhaven, fil-Ġermanja.
Ħadd ma weġġa’ gravi f’dan l-inċident għalkemm wieħed mill-25 ħaddiem abbord spiċċa ġarrab ksur f’riġlejh. Huma ttieħdu mill-post permezz ta’ tliet lifeboats u helikopter tal-gwardja tal-kosta Brittanika.
Il-vapur, li jintuża għat-trasport ta’ vetturi, spiċċa ġarrab ħsarat mekkaniċi.