Lokali

Żewġ persuni l-isptar wara inċident tat-traffiku f’Pembroke

Tard is-Sibt filgħaxija żewg persuni weġġgħu wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Professur W. Ganado, f’Pembroke, viċin l-ITS.

Jidher li kawża tal-impatt, persuna nqabdet fil-karozza.

Għaldaqstant fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili, Ambulanza, u anke Pulizija mid-distrett ta’ San Ġiljan.

Il-kundizzjoni tal-midruba għadha mhux magħrufa.