Għall-ħabta tat-3.30pm, żewġ persuni sgassaw il-bieb tal-ħanut ‘Play Pen’ fi Triq Putirjal fir-Rabat Għawdex. Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li x’ħin daħlu fuq ġewwa, il-ħallelin sabu lis-sid, li kien fil-ħanut qed jirranġa xi affarijiet għalkemm dak il-ħin il-ħanut kien magħluq.
Jirriżulta li hekk kif raw lis-sid, il-ħallelin ħarbu mill-post. Madankollu, inzerta li fil-qrib kien hemm Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku, li ġera wara ż-żewġ persuni li min-naħa tagħhom infirdu. Wara ftit tal-ħin il-Pulizija sab lil wieħed mill-barranin, li kien qed jistaħba fil-bitħa ta’ fabbrika tal-madum, li tinsab fi Triq Pompei.
Mal-arrest, hu ttieħed fl-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat, fejn għall-ewwel ċaħad li kien involut fl-attentat serqa. Madankollu, wara li ġie mistoqsi ripetutament mill-Pulizija, hu ammetta l-involviment tiegħu.
F’dawn il-ħinijiet, il-Pulizija f’Għawdex għadha għaddejja bit-tfittxija għat-tieni barrani.
Aktar dettalji kif jaslulna …
//= $special ?>