Fil-kampanja elettorali tiegħu, waħda mill-wegħdiet tal-Partit Laburista kienet li se jsolvi l-isfidi fis-settur tas-saħħa f’Malta, permezz ta’ roadmap li kienet ilha mfassla għal diversi snin.
Issa, kważi sentejn wara l-ħatra tiegħu fil-gvern, il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu ma indirizzax il-problema tas-sodod fil-kurituri tal-isptar Mater Dei.
Filmat miġbud fl-aħħar jiem fid-Dipartiment tal-Emerġenza jixhed is-sitwazzjoni allarmanti li jinsab fiha l-isptar Mater Dei, b’detriment għall-ħaddiema u għall-pazjenti li qed jinżammu fil-kurituri, mingħajr privatezza u b’nuqqas ta’ dinjita’.
//= $special ?>