Lokali

Filmat: L-ATM li qed toħroġ il-karti bla waqfien … imma mhux tal-flus!

Immaġinak tmur sal-ATM biex tiġbed ftit flus u ssibha qed toħroġ il-karti bl-addoċċ u bla waqfien. Imma żomm, qabel tiġri tfittex din l-ATM, il-karti humma rċivuti u mhux karti tal-flus.

Filmat li ttella’ fuq Facebook juri sitwazzjoni mhux tas-soltu hekk kif ATM fin-Naxxar, kawża ta’ ħsara fis-sistema’, qabdet toħroġ l-irċivuti bla waqfien, tant li l-kamra żgħira li tinsab fiha spiċċat mimlija b’munzell karti.

Filmat grazzi għal Kenan Camilleri.