Internazzjonali

Ħidma kbira kontra n-nirien barra Adelaide

Kważi 30 dar inqerdu tul dawn l-aħħar ħamest ijiem minn nirien kbar li hemm barra Adelaide.
In-nirien f’South Australia huma l-ikbar mill-1983 u s-sitwazzjoni mhux mistennija titjieb minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp għall-erbat ijiem li ġejjin.
Jay Weatherill, il-Prim Ministru ta’ South Australia, qal li sal-bieraħ kien hemm 11-il roqgħa ta’ nar fil-kampanja barra Adelaide u l-agħar kienet dak f’Sampson Flat madwar 38 kilometru bogħod minn Adelaide.
S’issa ma kienx hemm rapporti ta’ vittmi imma 29 persuna kellhom jiddaħħlu l-isptar.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada u NET NEWS illejla