Ekonomija Internazzjonali

Ikompli jonqos il-prezz taż-żejt

Bħalma kien imbassar, ilbieraħ il-prezz taż-żejt kompla jorħos. Dan hekk kif iż-żejt mhux raffinat nieżel għal 50.80 dollaru kull barmil.
Tul l-aħħar xhur tal-2014, il-prezz taż-żejt nieżel fil-prezz biex issa hu fl-orħos livell għal dawn l-aħħar ħames snin u nofs. Minn Novembru, meta kien hemm laqgħa tal-OPEC, il-pajjiżi ewlenin produtturi taż-żejt, il-prezz naqas bi 33 fil-mija.
Issa l-istennija hi biex il-prezz taż-żejt jonqos għal anqas minn 50 dollaru kull barmil.
Ir-roħos fil-prezz hu kkawżat minn nuqqas ta’ ordnijiet mill-ekonomiji l-kbar, biċ-Ċina minn ta’ quddiem, u provvista akbar mit-talba fis-suq.
L-OPEC diġa għamlitha ċara li lesta tħalli l-affarijiet kif inhuma mill-inqas għas-sitt xhur li ġejjin fl-2015.