Ħarsa lejn il-ġurnali li ħarġu llum it-Tnejn, il-5 ta’ Jannar.
IN-NAZZJON jirrapporta kif l-ambaxxata Libjana f’Ħal Balzan hija diżappuntata li l-Gvern Malti rrikonoxxa lill-Gvern ta’ Tobruk. F’intervista minn dan il-ġurnal, is-Segretarju Ġenerali tal-PN Chris Said jispjega għaliex l-2015 se tkun sena ta’ sfidi għall-Partit Nazzjonalista.
L-ORIZZONT bi storja ta’ anzjani fl-Imsida li sfaw “fgati” minn irwejjaħ qawwija ta’ petrol. Fi storja oħra, naqraw kif ajruplan ilu ħames xhur maqbud f’pajjiżna minħabba battalja legali.
Il-gazzetta THE MALTA INDEPENDENT tkompli issegwi l-istorja taż-żidiet li ġew proposti fil-pagi tal-Prim Ministru u l-membri tal-Kabinett – naqraw illi Deputati li huma full-time m’għandhomx iservu fuq bordijiet ta’ entitajiet governattivi.
THE TIMES b’rapport dwar is-sitwazzjoni ta’ tensjoni fil-Libja, u kif il-Gvern ta’ Tripli mhux lest jaċċetta visas maħruġa mill-Konsolat f’Ta’ Xbiex li jirrapreżenta l-Gvern ta’ Tobruk.
//= $special ?>