Vettura tal-linja li kienet għaddejja minn Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun laqtet karozza li kienet ipparkjata fil-kantuniera, qabel tikser lejn il-bus lane, fid-direzzjoni tal-belt Valletta.
Il-vettura kienet ipparkjata viċin il-kappella tas-Soċjeta’ tal-MUSEUM, u minħabba l-inċident, spiċċat bil-bumper ta’ quddiem maqlugħ, kif jidher fir-ritratt.
B’konsegwenza ta’ dan l-inċident, fiż-żona nħolqot sitwazzjoni ta’ konġestjoni ta’ traffiku.
Fortunatament, ħadd ma weġġa’.
Ħajr: Bernie Dimech
//= $special ?>