Ritratt li bagħtitilna persuna li ftit tal-ġranet ilu għamlet użu mis-servizz tal-Air Malta u minħabba l-bidliet li għaddejja minnu l-kumpanija, kellha l-għażla li tixtri l-ħelu minn fuq l-ajruplan.
Hi ddeskriviet dak li ġrala bħala xi ħaġa ironika ħafna, hekk kif xtrat pakkett tal-ħelu bl-isem “Haribo Starmix”, li fuq il-pakkett stess hemm miktub li jinbiegħ għall-prezz ta’ ewro biss.
Iżda fuq l-ajruplan, il-pakkett tal-ħelu qed jinbiegħ għal €3, jiġifieri tliet darbiet il-prezz oriġinali!
Wieħed jistaqsi għaliex qed jintalab dan il-prezz daqstant għoli, speċjalment fid-dawl li l-pakkett stess jikxef dan kollu. Forsi għax il-ħelu qed jinxtara bejn sema u ilma?
//= $special ?>