Il-maniġment tal-Air Malta u l-Unjin li tirrappreżenta l-ekwipagg tal-kabina llum iltaqgħu waqt laqgħa kordjali biex jiddiskutu kwistjonijiet pendenti.
Rappreżentanti miż-żewgt naħat qablu li jkomplu t-taħdidiet biex jiddeterminaw it-triq ‘il quddiem.
Iż-żewġ partijiet sostnew l-impenn tagħhom li fil-jiem li ġejjin ser jkomplu d-diskussjonijiet fl-aħjar interess tal-kumpannija.
Din il-laqgħa tqajjmet wara deċiżjonijiet li ttieħdu fl-aħħar ġimgħat mill-amministrazzjoni tal-Air Malta waslu biex 80 persuna tilfu l-impjieg tagħhom.
Dan wassal biex fil-jiem li għaddew il-membri tal-ekwipaġġ tal-Air Malta imbarkaw fuq azzjonijiet industrijali, anke minħabba l-ikel li bdew jingħataw u għalhekk il-passiġġieri fuq it-titjiriet tal-Air Malta bdew jingħataw biss servizz limitati fi protesta għat-tibdil fl-ikel li kienu qed jingħataw lill-ħaddiema tal-ekwipaġġ.
//= $special ?>