Ritratti ta’ Christopher Vassallo, ta’ 33 sena minn Ħaż-Żabbar, jixhdu li d-daqqiet li qala’ ilbieraħ fl-inċident li seħħ f’San Ġiljan, wasslu għall-feriti koroh f’wiċċu.
F’korrispondenza ma’ dan is-sit, Christopher Vassallo infurmana li hu lemaħ lil Finlandiż, Tatu Antero Oksanen, biswit il-vettura tiegħu kmieni filgħodu, minkejja li l-vann tiegħu ma kien fih l-ebda oġġett ta’ valur.
Iżda għal xi raġuni l-vann interessa lil barrani, li ntlemaħ jimxi u jħares lejn il-vettura.
Meta Vassallo resaq lejh biex isaqsieh x’qed jagħmel, hu allegatament kien imsawwat minn dan il-Finlandiż, permezz ta’ flixkun, b’konsegwenza li kellhom jagħmlulu 12-il punt fil-qurriegħa ta’ rasu, filwaqt li sofra wkoll numru ta’ tbenġil f’riġlejh.
Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ, bil-Qorti dalgħodu tagħżel li ma tagħtix il-liberta’ proviżorja lil Oksanen.
//= $special ?>