L-2015 xejn ma bdiet tajjeb għal tfajla li kienet qed tiċċelebra l-aħħar sigħat tal-2014 u l-bidu tas-sena l-ġdida f’bar ewlieni f’San Ġiljan u spiċċat bil-handbag tagħha misruq.
It-tfajla ppublikat ritratti tal-persuni li allegatament serqu l-handbag, li fih kien hemm mobile u oġġetti oħra ta’ valur. Fuq Facebook hi appellat għal kull informazzjoni li tista’ twassal biex jiġu identifikati l-persuni.
Dwar dan il-każ sar ukoll rapport lill-Pulizija fl-Għassa ta’ San Ġiljan.
//= $special ?>