Bejn is-Sibt li għadda u kmieni dalgħodu f’pajjiżna nħassu żewġ theżżiżiet ta’ terrimot minn inħawi differenti f’Malta.
L-ewwel rapporti li waslulna kien propju s-Sibt fejn persuna mill-Birgu qaltilna li ħasset l-affarijiet fid-dar tagħha jiċċaqilqu. Filfatt jirriżulta li seħħ terrimot ta’ saħħa 2.4 fuq l-iskala Richter fid-9.29 ta’ filgħodu.
Theżżiża oħra nħasset dalgħodu, fit-8.27 ta’ filgħodu fil-Golf ta’ Augusta, bl-epiċentru jkun qrib Sirakuża. Dan it-terrimot kellu saħħa ta’ 3.2 fuq l-iskala Richter.
//= $special ?>