Mara li ammettiet li serqet lil min iħaddimha, tpoġġiet taħt probation għal sena u kienet ordnata mill-Qorti biex tagħmel 70 siegħa ta’ xogħol fil-komunita’.
Il-Maġistrat Aaron Bugeja sema’ l-ammissjoni ta’ Natasha Falzon li ammettiet li serqet ‘il fuq minn €700 lis-sid tagħha, Damian Mifsud, f’San Ġiljan u li saret reċidiva fit-23 ta’ Mejju u qabel.
Il-Maġistrat ħa nkunsiderazzjoni tal-fatt li Falzon ħallset il-flus kollha li serqet raddithom lura u li l-każ issa huwa kapitlu magħluq għal min iħaddimha. Il-Qorti qieset ukoll il-fatt li l-mara ammettiet fi stadju bikri tal-proċeduri u li ikkoperat bis-sħiħ mal-Pulizija. Il-Maġistrat qalilha li din it-tip ta’ sentenza ngħatat lilha biex jiġi żgurat li l-ħatha tagħti xi ħaġa lura lis-soċjeta’.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef.
//= $special ?>