Lokali

Arrestat Libjan barra l-Ambaxxata Libjana f’Ħal Balzan – tiżdied is-sigurta’

Libjan ġie arrestat minn uffiċjali tal-Pulizija minn quddiem l-Ambaxxata Libjana f’Ħal Balzan. Jirriżulta li quddiem l-istess ambaxxata, li ilha għal żmien twil mgħassa lejl u nhar minn uffiċjali tal-Pulizija, żdiedet ukoll is-sigurta’.

Dan għaliex hemm suspett li mistennija jinġabru xi Libjani fil-post fil-ħin li ġej fost biża’ li jistgħu jisħnu l-irjus kawża tar-relazzjonijiet xejn tajba bejn il-Libjani f’Malta li jappoġġjaw lill-Gvern ta’ Tobruk u dawk li jappoġġjaw il-Gvern ta’ Tripli.

Fl-aħħar jiem it-tensjoni f’pajjiżna eskalat tant li saħansitra nfetħet Ambaxxata Libjana ġdida f’Ta’ Xbiex.