Internazzjonali

Daqshekk titjiriet lejn Misrata

Il-kumpannija Torka, Turkish Airlines, iddeċidiet li tissospendi t-titjiriet lejn il-belt ta’ Misrata. Dan meta l-linja inkwistjoni kienet l-aħħar waħda barranija li baqgħet taħdem is-servizzi għal-Libja u fejn il-hub, fl-aħħar xhur, kienet proprja Misrata.

Il-linji tal-ajru barranin sospendew it-titjiriet lejn il-Libja f’Lulju, wara li faqqa’ l-ġlied bejn il-gruppi tal-milizzji rivali fl-ajruport internazzjonali ta’ Tripli.

Intant, l-inħawi ta’ Misrata, li hi jinkludu port ewlieni, intlaqtu waqt attakki tal-ajru li seħħew fi tmiem il-ġimgħa. Dan meta l-Alleanza tal-milizzji bl-isem ‘Żerniq Libjan’ qed tikkontrolla din il-belt, minbarra Tripli u bnadi oħra lejn il-Punent tal-Libja.