Internazzjonali

Filmat: Pulizija jispara lilu nnifsu bi żball

Uffiċjali tal-Pulizija f’Ohio, l-Istati Uniti bi żball spara u laqat lilu nnifsu waqt li kien f’lift ta’ parkeġġ f’Ohio, fl-Istati Uniti.

Jidher li l-Pulizija, li kien qed iżomm kaxxa f’id minnhom, beda jipprova jdaħħal il-pistola fil-but tal-qalziet meta bi żball laqat il-grillu u spara lilu nnifsu f’ġenbu.

L-uffiċjal kien identifikat bħala Darryl Jouett. Hu ttieħed l-isptar fejn ġie ċertifikat li qed isofri ġrieħi serji imma mhux fil-periklu tal-mewt.

Martu, li kienet fl-istess lift ma sofriet l-ebda ġrieħi.