Fil-Kolumbja, fil-jiem li għaddew wieħed seta’ jsegwi spettaklu tan-nar … b’differenza!
Dan hekk kif fabbrika tan-nar splodiet, bl-isplużjonijiet jibqgħu sejrin għal diversi minuti u saħansitra anke sigħat.
Membri tas-salvataġġ qalu li sabuha diffiċli jersqu qrib il-fabbrika.
Fl-inċident weġġgħu żewġ persuni, fosthom sewwieq li fil-ħin tal-isplużjoni kien għaddej mit-triq ta’ ħdejn il-fabbrika.
Kif jidher fl-ewwel parti tal-filmat, anke l-persuna li kienet qed tiffilmja ttajret bil-blast tal-isplużjoni.
//= $special ?>