Lokali

Filmat: Vandaliżmu fuq mutur

Filmat li bħalissa qed jiċċirkola fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni juri żgħażugħ għaddej minn triq residenzjali u filwaqt li jasal fil-kantuniera tat-triq, jieqaf u jħares lejn mutur li kien ipparkjat hemmhekk.

Wara ftit sekondi, iż-żgħażugħ jipprova jimbotta l-mutur u mbagħad jirnexxielu, bil-konsegwenza li l-mutur spiċċa mal-art għal sigħat sħaħ, sakemm intlemaħ minn sidu.

Iż-żagħżugħ jidher ikompli miexi, sodisfatt b’dak li għadu kemm għamel.

Il-każ seħħ fis-2.30am tal-bieraħ filgħodu.