Lokali Saħħa

Fliexken tal-plastik tad-ditta Tiger jitneħħew mis-suq

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), il-fliexken tal-plastik tad-ditta ‘Tiger’ m’għandhomx jiġu wżati minħabba riskju ta’ preżenza ta’ kimika mhux awtorizzata skont Regolament 10 tal-2011 dwar materjal tal-plastik u artikli li jiġu f’kuntatt mal-ikel.

Ta’ min jiġbed l-attenzjoni li dawn il-fliexken jinbiegħu ma’ roti ta’ ditta partikolari.

Il-Kumpanija nvoluta ġiet obbligata tirtira l-prodott mis-suq, iżda peress li ġie rrapurtat illi parti mill-konsenja laħqet nbiegħet lill-konsumatur, bħal ma jsir f’dawn il-każijiet, id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ wara nofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/department_for_env_health.aspx għal informazzjoni simili.