Gejtu Cushieri, attivist tal-Partit Nazzjonalista (PN) li miet ftit ilu u li jibqa’ mfakkar għal-lealta’ tiegħu lejn il-Partit Nazzjonalista, għall-ħidma volontarja fil-Ħamrun u għad-dedikazzjoni għall-familja tiegħu.
Fil-kazin Nazzjonalista tal-Ħamurn, il-PN fakkar il-memorja ta’ Gejtu Cushieri b’attivita li fiha tkellmu l-Kap tal-PN Simon Busutttil, l-ex kapijiet tal-PN Eddie Fenech Adamni u Lawrence Gonzi u l-ex Tezorier tal-PN Peter Darmanin.
Għall-attivita attendew ukoll id-deputati mexxejja Mario de Marco u Beppe Fenech Adami, deputati, uffiċjali tal-PN u l-familja ta’ Gejtu Cuschieri.
Fid-diskors tiegħu dwar Gejtu Cuschieri, l-Kap tal-PN Simon Busuttil qal li Gejtu Cuschieri jibqa’ mfakkar għall-imħabba li kellu lejn il-Partit u għall-kontribut li ta bħala segwaċi tal-Partit. Il-Kap tal-PN qal li Gejtu Cuschieri għandu jkun mudell ghall-valuri li hu ħaddan u li espremiehom bil-ħidma volontarja tieghu. Minn din il-ħidma Gejtu Cuschieri ħa lura r-rispett, sostna Simon Busuttil.
Fl-istess attivita’ l-Kap tal-Oppozizzjoni Simon Busuttil fetaħ uffiċjalmet ‘Sala Gejtu Cuschieri’, is-sala fejn jiltaqa’ l-Kumitat Sezzjonali Nazzjonalista tal-Ħamrun.
//= $special ?>