Internazzjonali

Ġermanja: protesti kbar kontra l-Iżlam

Eluf ta’ Ġermanizi ħonqu il-pjazzez ta’ bliet ewlenin madwar il-pajjiż fi protesti kbar kontra l-elementi Iżlamici fil-Ġermanja.

Il-protesti kienu xprunati mill-grupp PEGIDA – Patrijotti Ewropej kontra l-Izlamizzazjoni tal-Punent.

Fi Dresden, id-dimostranti ġabru folla ta’ 18,000 ruh. Filwaqt li f’Cologne intfew id-dwal tal-Katidral bħala sinjal ta’ protesta kontra l-pressjoni tal-Iżlam fil-Ġermanja.