Palestinjan militanti weħel tliet termini ta’ ħabs għal għomru b’konnessjoni mal-ħtif u l-qtil ta’ tliet adolexxenti Iżraeljani li kien seħħ fix-Xatt tal-Punent, fil-bidu tas-sajf.
Hussam Qawasmeh, membru tal-grupp Hamas, irid anki jħallas l-ekwivalenti ta’ $63,000 f’kumpens lill-qraba taż-żgħażagħ. Dan wara li, f’Settembru li għadda, żewġ Palestinjani suspettati bħala kompliċi fil-qtil inkwistjoni kienu nqatlu mill-qawwiet Iżraeljani f’Hebron.
L-omiċidji taż-żgħażagħ Iżraeljani kien wassal għal spinta ta’ vjolenza bejn Iżrael u l-militanti Palestinjani u konflitt ta’ 50 jum fil-Medda ta’ Gaza fl-eqqel tas-sajf li għadda.
//= $special ?>