Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tlieta, is-6 ta’ Jannar.
IN-NAZZJON illum għamel appell lill-Ministru Carmelo Abela biex jippubblika l-inkjesti marbuta mal-każ Darryl Luke Borg u l-każ tal-aggressjoni fuq Pulizija f’Ħaż-Żabbar. Dawn iż-żewġ inkjesti kienu nżammu mistura mill-eks Ministru Manwel Mallia. L-istess ġurnal jirrapporta kif fl-Ingilterra bdiet il-ġirja għall-elezzjoni ġenerali li se ssir fis-7 ta’ Mejju.
THE MALTA INDEPENDENT tirraporta kif il-Kummissarju tal-Pulizija talab formalment sabiex tinfetaħ inkjesta Maġisterjali dwar l-allegata aggressjoni minn uffiċjal tal-Pulizija. Dan wara li Michael Cassar irċieva ittra mill-omm ta’ dan il-ġuvni li allegatament inqabad ipejjep ġewwa diskoteka f’Paceville.
THE TIMES tkompli issegwi l-aħħar żviluppi relatati mal-Libja u kif dawn qed jaffetwaw negozjanti Maltin li għandhom interessi kummerċjali fil-pajjiż.
L-ORIZZONT b’rapport dwar it-temperaturi kesħin li kellna fl-aħħar jiem – skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku, ma niżlet l-ebda borra.
//= $special ?>