Internazzjonali

Il-Kurdi jitfgħu lura lill-ISIS f’Kobane

Il-ġellieda Kurdi li qed jikkumbattu lill-militanti tal-ISIS għall-kontroll ta’ Kobane, fis-Sirja, ħadu lura distrett ewlieni tal-belt u l-kwartieri-ġenerali tal-pulizija lokali, wara sensiela ta’ battalji ħorox mat-terroristi.

Dan ifisser li l-Kurdi, bħalissa, qed jikkontrollaw mat-80 fil-mija ta’ Kobane wara li t-terroristi tal-ISIS kienu avvanzaw fuq din il-belt Sirjana f’Settembru u fejn ħatfu ħafna mit-territorju.

Minn dak iż-żmien ‘il hawn il-ġellieda Kurdi ħadu lura ħafna mill-art ta’ Kobane, grazzi wkoll għall-appoġġ ta’ qawwiet tal-ajru taħt tmexxija Amerikana.

* Ara wkoll fil-ħarġa tan-‘Nazzjon’ ta’ għada