Il-Korea t’Isfel akkużat lil Kim Jong-Un talli uża armata ta’ 6,000 persuna permezz tal-internet, biex iniedi attakki kontra l-militar u l-gvern ta’ Seoul. Dawn il-hackers għandhom, fil-mira tagħhom, numru ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.
Il-Korea ta’ Fuq tista’ tolqot lill-Istati Uniti permezz ta’ armi nukleari, grazzi għal avvanzi li saru fit-teknoloġija tar-rockets.
It-twissija saret wara jiem ta’ tensjonijiet dejjem jikbru fuq il-penizola Koreana. Dan wara li Kim qal li hu qed jilqa’ taħditiet ta’ ‘livell għoli’ mal-Korea t’Isfel, f’diskors li għamel fl-Ewwel tas-Sena.
Uffiċjali tal-Korea t’Isfel kienu stmaw li l-Korea ta’Fuq għandha 3,000 hacker għad-dispożizzjoni tagħha, iżda f’rapport li kien pubblikat dan l-aħħar, dawn il-hackers issa rduppjaw għal 6,000.
L-istima riveduta tħabbret wara li r-reġim ta’ Kim kien ħati talli għamel hacking fuq Sony Pictures b’ritaljazzjoni talli l-kumpanija Amerikana pproduċiet il-film, The Interview, li juri l-qtil fittizju ta’ Kim Jong-Un.
Fil-jiem wara l-ħruġ ta’ tagħrif kunfidenzjali dwar Sony, il-Korea t’Isfel qalet li hi sfrattat attentat biex ir-reatturi nukleari tagħha jkunu hacked – u għal darb’oħra waħħlet fil-Korea ta’ Fuq għal dan l-attakk.
//= $special ?>