Il-prezz taż-żejt fl-Istati Uniti niżel taħt it-‘threshold’ simboliku ta’ $50 il-barmil għall-ewwel darba minn April tal-2009 u qabel laħaq irpilja ftit għal $50.05 sakemm għalqet il-ġurnata.
Dan meta l-investituri qed jinkwetaw li l-produzzjoni tar-riżors issa saret ‘eċċessiva’ fuq livell globali u b’dan il-fattur, flimkien mad-domanda dgħajfa attwali, kapaċi jwasslu biex il-prezz taż-żejt ikompli jonqos fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.
Fl-aħħar xhur, il-produzzjoni taż-żejt fl-Istati Uniti sparat ‘il fuq, fi żmien meta naqset id-domanda mill-ekonomiji madwar id-dinja – mill-Ewropa saċ-Ċina.
//= $special ?>