Il-Ħwejjeg tal-Imperatur u Is-Sbejħa Rieqda huma l-ewwel żewġ kartoons bil-Malti li tnedew mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.
Dawn iż-żewġ kartoons inħadmu minn artisti Maltin u saru b’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Malti flimkien mal-NGO Write Deal.
L-istorja tal-Ħwejjeg tal-Imperatur twassal il-messaġġ li ħadd ma għandu jiġi ġġudikat minħabba n-nazzjonalita’ jew minħabba l-kulur tal-ġilda filwaqt li l-istorja tas-sbejħa rieqda twassal il-messaġġ tal-ugwaljanza.
Waqt it-tnedija tal-kartoon, il-President faħħret l-għażla tal-hrejjef u saħqet dwar l-importanza tal-valuri li dawn iż-żewġ ħrejjef qegħdin iwasslu.
Il-President saħqet li dawn iż-żewġ messaġġi għandhom bżonn jiġu mrawwma aktar fis-soċjeta’ Maltija l-aktar fit-tfal, filwaqt li tenniet l-imħabba li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jkollu lejn il-lingwa tagħna li tagħmilna poplu distint.
Il-kartoons se jkunu qed jitqassmu fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex u se jkunu disponibbli anke fuq l-internet minbarra li se jintwerew fis-swali taċ-ċinema qabel ma jibdew il-films u ‘il quddiem se jintwerew anke fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni lokali.
//= $special ?>