Ekonomija Internazzjonali

L-ekonomija taz-zona ewro tkompli tmajna

L-ekonomija taz-zona ewro rat nuqqas kbir ta’ tkabbir f’Diċembru u ġarrbet l-agħar tliet xhur għal aktar minn sena.

L-indiċi Markit għal Diċembru niżel sa 51.4 minn stima bikrija ta’ 51.7. Iżda dan kien aħjar mill-qari tax-xahar ta’ qabel ta’ 51.1, li mmarka tnaqqis f’dawn l-aħħar 16-il xahar.

L-ekonomija taz-zona ewro rat 18-il xahar ta’ tkabbir kontinwu iżda dgħajjef. L-indiċi Markit qal li l-aħħar studju tiegħu, li jgħaqqad ir-riżultati ta’ studji individwali dwar l-industriji tal-kostruzzjoni, tas-servizzi u tal-manifattura, issuġġerew li l-ekonomija taz-zona ewro kibret biss b’0.1 fil-mija fl-aħħar tliet xhur tal-2014.

Inflazzjoni baxxa mill-bidu tas-sena li għaddiet wasslet lill-konsumaturi u lin-negozji biex joqogħdu lura milli jixtru jew milli jagħmlu investimenti fl-istennija li l-prezzijiet ikomplu jinżlu.

Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.