Lokali

L-imsieħba soċjali Maltin jikkummentaw dwar il-prezz għoli tal-fjuwil f’Malta

Fl-aħħar jiem il-prezz internazzjonali taż-żejt niżel fl-iktar livell baxx fl-aħħar snin.

Fl-Istati Uniti, għal xi ħin, il-prezz taż-żejt niżel għall-ewwel darba taħt il-ħamsin dollaru l-barmil, livell li ilu ma jinżel fih minn April tal-2009 u li jitqies bħala t-threshold simboliku fl-industrija.

Anke l-prezz tal-Brent Crude kompla jonqos u fl-aħħar sigħat naqas b’6% għal $53 dollaru l-barmil.

Iżda minkejja it-tnaqqis fil-prezz internazzjonali taż-żejt fl-ahhar xhur, il-Maltin ghadhom qed iħallsu fost l-għola rati ta’ fjuwil fl-Ewropa.

Dan is-sit tkellem ma’ numru ta’ imsieħba soċjali dwar din is-sitwazzjoni.