Libjan ta’ 34 sena, li f’Malta m’għandux indirizz fiss, ġie kkundannat seba’ xhur ħabs wara li ammetta fil-Qorti tal-Maġistrati li kmieni dalgħodu daħal jisraq minn forn f’Birżebbuġa.
Abdul Hamid Saeid daħal biex jisraq mill-forn, li huwa proprjetà ta’ Charles Micallef, u kien laħaq seraq €125 mill-“cash”, iżda f’ħin minnhom Micallef daħal fil-forn u sabu hemm ma’ wiċċu. Dlonk qamet ġlieda bejn iż-żewġ persuni u kien għalhekk li Saeid daħal fl-awla tal-Qorti bi “black eye”.
Quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, il-Libjan ammetta l-akkużi miġjubin kontrih, bl-aktar waħda gravi tkun li seraq flus kontanti. Huwa ammetta wkoll li ħebb għal Micallef.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Johann Fenech, filwaqt li għall-imputat deher l-Avukat tal-għajnuna legali Noel Bartolo.
//= $special ?>