Lokali

Maltarightnow issaħħaħ is-sezzjoni sportiva b’kooperazzjoni ma’ Replay

Wara li Maltarightnow saħħet it-taqsima tal-aħbarijiet lokali u dik tal-aħbarijiet internazzjonali, issa kien imiss li tissaħħaħ it-taqsima sportiva fuq dan is-sit bl-għan li l-qarrejja jkollhom l-aħħar aħbarijiet sportivi, b’mod partikolari l-futbol lokali.

Filfatt, wara li lbieraħ fetaħ is-suq tat-trasferimenti tal-futbol lokali f’pajjiżna, Maltarightnow u l-programm sportiv ta’ Net Television, Replay se jkunu qed jikkoperaw iktar mill-qrib bl-għan li jiġu ppublikati l-aħħar aħbarijiet sportivi.

B’din il-kooperazzjoni sħiħa bejn Maltarightnow u Replay, dan is-sit mistenni jkun l-iktar sit lokali aġġornat dwar l-aħbarijiet sportivi lokali.

Iktar aħbarijiet se jkunu qed jittellgħu ukoll fuq il-paġna sportiva Replay (Net Television).