Internazzjonali

Parir tar-riċerkaturi: żomm imnieħrek sħun!

It-tempertauri baxxi, u l-kesħa fl-imnieħer, jistgħu verament iwasslu biex tiehu rih. Din hija waħda mill-konkluzjonijiet li joħorġu minn studju pubblikat fl-ahhar granet mill-Universita’ ta’ Yale, fl-Istati Uniti.

Dan l-istudju juri li r-riħ komuni li jaqbadna fix-Xitwa jista’ faċilment jigi jekk it-temperatura fl-imnieħer tinżel b’hames gradi anqas min-normal. Dan għaliex il-gisem ma jibqax b’saħħtu bizejjed biex jiġġieled il-virus tar-riħ.

It-tobba ħafna drabi jgħidulna li l-irjiħat jittieħdu għaliex nibqgħu ġewwa f’postijiet magħluqa u bla ventilazzjoni. Issa r-riċerkaturi qed jghidu li dak li nstab fl-istudju jikkonferma dak li kien jinghad fil-passat, jiġifieri…. meta tkun kesħa, oqgħod ġewwa għall-irdoss u ghatti imnieħrek b’xi xalla ħalli żżomm sħun.