Lokali

Trid Passaport bejn April u Awwissu? Ħallas aktar

Jekk se ssiefer bejn April u Awwissu u għandek bżonn tagħmel Passaport, tħallix għall-aħħar anzi pprova għamlu bejn dan ix-xahar u Marzu biex tħallas €70. Imbagħad, jekk tagħmlu fil-ħames xhur ta’ wara, se jkollok tħallas €30 aktar.

Skont l-informazzjoni l-ġdida maħruġa mill-Uffiċċju tal-Passaporti, jekk bejn April u Awwissu tagħmel Passaport se jkollok tħallas €100 minflok €70.

Din iż-żieda ta’ €30 tapplika għal persuni li se jagħmlu Passaport u għandhom 16-il sena jew aktar. Bejn Jannar u Marzu, il-prezz biex wieħed jagħmel Passaport se jibqa’ dak ta’ €70. Anke jekk il-Passaport isir bejn Settembru u Diċembru, il-prezz se jibqa’ dak ta’ €70.

Jirriżulta li l-prezz tal-Passaport għola bejn April u Awwissu għax dawk il-ħames xhur huma meqjusa bħala x-xhur li matulhom in-nies isiefru l-aktar.

Ara l-prezzijiet il-ġodda tal-Passporti f’dan il-link.