Matul il-ġurnata tat-Tlieta Mosta kkonfermaw l-akkwisti ta’ tliet plejers barranin li mistennija jkomplu jsaħħu l-iskwadra li bħalissa tinsab fis-seba’ post tal-Kampjonat Premier Malti.
L-ewwel li ffirma kien il-winger Niġerjan ta’ 25 sena Mbachu Uchenna Emenike, ftit sigħat wara li nħall mill-kuntratt ma’ Naxxar Lions.
Ir-reġistazzjoni ta’ dan il-plejer iddaħħlet għand l-MFA illum stess biex b’hekk in-Niġerjan jista’ jiddebutta nhar is-Sibt li ġej kontra Qormi.
Iktar tard iffirma wkoll l-eks playmaker ta’ Floriana Gary Roberts jista’ jerġa’ jilgħab f’pajjiżna hekk kif għaddejjin diskussjonijiet avvanzati bejnu u Mosta.
Roberts kien ingħaqad ma’ Floriana b’self f’Jannar tal-2013 u iktar tard dan it-trasferiment sar wieħed permanenti. Madankollu f’Novembru tal-2013 kien intlaħaq ftehim biex ikun itterminat il-kuntratt minħabba “raġunijiet personali.”
Matul il-karriera tiegħu Roberts lagħab ukoll għal Crewe Alexandra, Yeovil Town, Rothertham United, Port Vale, Mansfield Town u riċentament anke’ Gap Connah’s Quay.
Roberts lagħab ukoll għat-tim nazzjonali Ingliż mal-iskwadri ta’ taħt is-16, 17, 18 u 19-il sena.
Warajh kien imiss Ian Zammit li rritorna lura mal-klabb għat-tielet darba fil-karriera tiegħu. Dan wara li ftit jiem ilu Ian Zammit ingħata r-release minn Valletta.
Imma Mosta mhux mistennija jieqfu hawn tant li tard it-Tnejn filgħaxija wasal f’Malta wkoll l-attakkant Kabba-Modou Cham li tħabbar bħala akkwist ieħor klabb.
Kabba-Modou Cham lagħab ukoll mat-tim nazzjonali tal-Gambja fl-iskwadra ta’ taħt l-20 sena.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>