Ekonomija Internazzjonali

Tħassib dwar l-obbligi tal-Greċja fl-UE

Numru ta’ analisti internazzjonali qed juru tħassib dwar l-obbligi li l-Greċja għandha twettaq fl-Unjoni Ewropea, fil-Bank Ċentrali Ewropew u fil-bailout tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF).

Ir-rivista Ġermaniża, der Spiegel qalet li l-Gvern Ġermaniż jemmen li z-zona ewro tista’ tkun kapaċi tlaħħaq mal-ħruġ tal-Greċja mill-ewro, jekk il-partit Syriza jirbaħ l-elezzjoni fil-Greċja.

Il-President Franċiż Francois Hollande kkummenta li issa jridu jkunu l-Griegi li jiddeċiedu jekk għandhomx jibqgħu parti miz-zona ewro. “L-Ewropa m’għandhiex tibqa’ tkun identifikata mill-awsterità,” żied il-President Franċiż, li ssuġġerixxa li z-zona ewro jeħtieġ li tiffoka aktar fuq it-tkabbir aktar milli tnaqqas l-iżbilanċ. Analisti qalu li l-ewro x’aktarx jibqa’ instabbli fil-ġimgħat li ġejjin.

Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada