Lokali

Tonio Borg jippreżenta kopja tal-ktieb tiegħu lill-Kap tal-PN

Minkejja s-serjetà li tirrikjedi, l-politika jkun fiha waqtiet ta’ umoriżmu li jirriflettu l-umaniżmu tal-persuni involuti fl-istess ħidma politika.

Dan sostnieh il-Kap tal-PN Simon Busuttil meta kien ippreżentat bil-ktieb ta’ Tonio Borg ‘Nidħqu bina nfusna – Politika bi Tbissima’ li jiġbor fih rakkonti satiriċi u umoristiċi li għaddew minnhom il-politiċi.

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil qal li minkejja r-reputazzjoni ta’ Tonio Borg bħala politiku serju, min jafu mill-qrib isir jaf li Tonio Borg hu politiku u bniedem ta’ umoriżmu kbir.

Hu tkellem dwar l-importanza li l-politiċi jużaw is-satira u l-umoriżmu anki fid-diskorsi tagħhom għaliex b’hekk jikkomunikaw iktar man-nies.

Tonio Borg qal li l-ktieb tiegħu mhux ktieb dwar ċajt politiku iżda dwar rakkonti veru li seħħew u li għaddew minnhom il-politiċi fil-karriera politika tagċhom.

Tonio Borg qal li l-ktieb kellu rispons tajjeb mill-pubbliku tant li qed jikkunsidra li jippubblika t-tieni volum.