Rapporti fil-media Ingliża qed jgħidu li Tottenham Hotspur huma nteressati li jakkwistaw lil Aidan Jake Friggieri, iż-żagħżugħ ta’ Sliema Wanderers li f’dan l-istaġun qed jilgħab b’mod regolari mal-klabb fil-Kampjonat Premier.
Aidan diġa’ kellu prova ma’ dan il-klabb Ingliż f’Novembru li għadda, fejn jidher li ħalla impressjoni tajba ħafna tant li scouts tal-klabb baqgħu isegwuh u saħansitra tkellmu dwaru ma’ Franco Baldini, Direttur tekniku tal-klabb Ingliż.
Madankollu, meta mistoqsi minn dan is-sit, Aidan ikkonferma li l-klabb baqa’ jsegwih imma qatt ma ġie kkuntattjat minn dakinhar tal-prova fl-Ingilterra.
Fl-aħħar xhur Friggieri kellu wkoll trials ma’ numru ta’ klabbs oħra barra minn pajjiżna fl-aħħar xhur, ewlenija fosthom Lazio, il-klabb tas-Serie A fejn Aidan ħalla impressjoni tajba u kien qrib li jiffirma.
Iktar aħbarijiet sportiva lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>