Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, se jkun il-mistieden tal-programm Newsdesk ta’ nhar il-Ħamis 8 ta’ Jannar. Newsdesk huwa mmexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia u jibda fil-5pm fuq Radio 101.
Flimkien ma’ Fenech Adami, se tingħata ħarsa lejn il-ħidma u t-tiġdid fil-Partit Nazzjonalista, kif ukoll se jiddiskutu d-deċiżjoni tal-Gvern li jnaqqas l-għajnuna lil dawk li huma Coeliac, jiġifieri li ma jistgħux jikkunsmaw prodotti li fihom il-qamħ.
Se jitkellmu wkoll dwar il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel f’pajjiżna. Dan għaliex il-prezzijiet tal-fuel f’pajjiżna baqgħu mal-ogħla fl-Ewropa.
Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew tibgħat e-mail fuq studio@radio101.com.mt.
//= $special ?>